Lokali

Elett fil-Kunsill Konsultattiv tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iż-żgħażagħ

Fl-aħħar jiem, l-avukat Michael Piccinino ġie elett fil-Kunsill Konsultattiv dwar iż-żgħażagħ tal-Kunsill tal-Ewropa. Dan il-Kunsill Konsultattiv għandu l-irwol li jagħti pariri lill-Ministri fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa dwar materji relatati maż-żgħażagħ.

Wara din il-ħatra, Michael Piccinino rringrazzja lill-Istudenti Demokratiċi Ewropej – assoċjazzjoni tal-Partit Popolari Ewropew li innominatu – kif ukoll lill-membri kollha tal-European Youth Forum li eleġġewh f’din il-kariga.

Michael Piccinino huwa wkoll s-Segretarju Eżekuttiv Organizzativ tal-PN.