Futbol Sport

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA japprova l-format il-ġdid tal-UEFA Champions League

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA approva b’vot unanimu l-format il-ġdid propost dwar il-UEFA Champions League, li mistenni jidħol fis-seħħ fl-2024. Il-President ta’ PSG Nasser Al Khelaifi kien wieħed minn dawk li vvota favur dan il-format il-ġdid.

Il-format il-ġdid jinkludi 36 tim miflokk 32 tim, fejn se jilgħabu f’kampjonat wieħed minflokk fi stadji tal-gruppi. Kull tim se jkun qed jilgħab tal-inqas għaxar partiti minflokk sitta’, li se jiggarantixxi aktar dħul finanzjarju għall-klabbs.

L-aħjar tmien timjiet fil-kampjonat jgħaddu għan-knockout filwaqt li t-timjijet l-oħra li se jipparteċipaw fil-fażi tal-aħħar sittax se ikunu magħrufa permezz ta’ playoffs.