Lokali

Il-PN jisfa’ vittma ta’ attakk fuq is-sistemi tal-informazzjoni teknoloġika

Il-Partit Nazzjonalista jixtieq javza lill-pubbliku li f’dawn l-aħħar sigħat safa vittma ta’ attakk fuq is-sistemi tal-informazjoni teknoloġika tiegħu u potenzjalment xi informazjoni tal-partit setgħet ġiet aċċessata mingħajr awtorizzazzjoni.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Francis Zammit Dimech qal fi stqarrija li l-Partit Nazzjonalista minnufiħ ħa l-miżuri kollha neċessarji biex jimminimizza l-effetti ta’ dan l-attakk, u informa kemm lill-Kummissarju tad-Data kif ukoll lill-Pulizija Eżekuttiva sabiex jibdew l-investigazzjonijiet tagħhom.