Illum il-Gvern iddikjara li l-Kabinett iddeċieda, fuq parir tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, li ma jirrakkomandax li tingħata proklama lill-aħwa Degiorgio u lil Vincent Muscat.
Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li jirrispetta dawn il-pariri li qed jingħad li ngħata l-Gvern, jinsisti li l-poplu għandu d-dritt ikun jaf jekk dan il-parir hux ibbażat fuq:
- Jekk il-Pulizija għandix f’idha provi oħrajn u allura m’hemmx bżonn ta’ din il-proklama sabiex issolvi d-delitti li l-persuni nvoluti jistgħu jixhdu fuqhom.
- Jekk il-Pulizija mhix qed temmen lill-aħwa Degiorgio u lil Vincent Muscat u għalhekk, skartat il-ħtieġa li jingħataw proklama.
- Jekk il-fatti li ngħad li jafu l-individwi li talbu l-proklama humiex korraborati u;
- Jekk hux għal xi raġunijiet oħra.
Il-poplu kollu jistenna illi ssir ġustizzja ma’ min kien b’xi mod involut f’dawn id-delitti daqstant serji u għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jistenna dikjarazzjoni immedjata tal-Kummissarju tal-Pulizija dwar dak indikat hawn fuq u l-azzjoni meħtieġa, jekk u fejn meħtieġ.
//= $special ?>