Sport Sport Ieħor

John Higgins jegħleb lil Tian Pengfei fil-Kampjonat World Snooker

Meta tkompla l-Kampjonat World Snooker, John Higgins wera l-potenzjal tiegħu meta minn 7 frames għal 4 minn taħt rebaħ ħames frames konsekuttivi biex għeleb lil Tian Pengfei. Higgins ta’ 45 sena , erba’ darbiet champion tad-dinja, kontra Tian beda b’għadd ta’ żbalji sa kemm irkupra. Beda illi kien 4 – 3 minn taħt kontra Penfei, seed numru 53 iżda break ta’ 127 wasslu biex fetaħ vantaġġ ta’ 9 frames għal 7 .

L-aħħar sessjoni kienet biss formalita’ b’Higgins jirbaħ il-frame li kellu bżonn biex għalaq il-partita 10 – 7 F’The Crucible, għal dawn il-Kampjonati jistgħu jattendu l-ispettaturi anke jekk il-bieraħ fis-sessjoni ta’ filgħodu attendew biss 83 mid-980 li setgħu jattendu . Il-Hadd fuq tlett sessjonijiet attendew 389 filwaqt li l-aħjar attendenza ta’ 632 kienet meta kien fl-azzjoni Ronnie O’Sullivan.