Futbol Sport

L-aħħar żviluppi marbuta mal-European Super League

Id-dinja tal-futbol illum kienet ikkaraterizzata mill-kontroversja li ġabet magħha il-proposta tal-European Super League. Dan wara li tnax-il tim Ewropew ħabbru li se jkunu qed jifformaw kampjonat ġdid ta’ 20 tim, fuq il-mudell ta’ ‘closed league’ jew aħjar fuq il-mudell Amerikan.

B’dan il-mudell ta’ kampjonat it-tnax-il tim fundatur ta’ din il-kompetizzjoni għandu l-parteċipazzjoni tiegħu garantita, irrelevanti mir-riżultati li jiksbu fil-partiti tagħhom. Din l-aħbar ġabet magħha kritika qawwija minn bosta persuni involuti fil-futbol, fosthom partitarji, kowċis, assoċjazzjonijiet kif ukoll plejers.

Deċiżjoni dwar iċ-Champions League u l-Europa League ta’ dan l-istaġun

Sadanittant il-UEFA ħabbret li d-deċiżjoni dwar is-semi finali taċ-Champions League u l-Europa League se tittieħed fil-kiem li ġejjin wara laqgħa mat-tim legali tal-UEFA, hekk kif bosta qed jsejħu għat-tkeċċija ta’ Man City, Chelsea, Real Madrid, Arsenal u Man Utd, mill-kompetizzjonijiet rispettivi li jinsabu fihom preżentament.

Aktar kritika mit-timjiet u persuni oħra involuti

Fost it-timijiet li kkritikaw dan il-kampjonat propost hemm it-timjiet Ġermaniżi ta’ Bayern Munich, Borussia Dortmund kif ukoll RB Leipzig, fejn it-tlieta li huma ċaħdu l-parteċipazzjoni tagħhom f’kampjonati simili, fejn is-CEO ta’ Bayern Muich, Karl-Heinz Rummenigge, li l-klabb huwa kontra dan is-Super League iżda favur riforma fil-format taċ-Champions League.

Kuntrarju għal dak li qed iseħħ bħalissa, Rummenigge qal li bħalissa l-klabbs ikkonċernati għandhom jaħdmu flimkien sabiex isibu l-aħjar soluzzjonijiet, anke fid-dawl tad-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija. Ma’ dawn inagħqdu wkoll it-timijiet ta’ Ajax u Porto fejn qalu li mhux se jkunu qegħdin jipparteċipaw fis-Super League.

Fl-aħħar minuti waslet ukoll ir-reazzjoni ta’ Jurgen Klopp, il-kowċ ta’ wieħed mit-timijiet involuti, fejn emfasizza l-importanza tal-partitarji u tat-tim f’dan l-isport, filwaqt li kkritika il-proposta ta’ dawn it-tnax-il tim.

Mis-Serie A illejla kien hemm ukoll laqgħa bejn il-klabbs Taljani kollha inklużi dawk involuti fis-Super League, iġifieri Juventus, Inter u Milan. Dawn it-tliet timijiet wrew il-pjan taħghom li jibqgħu jieħdu sehem fis-Serie A,filwaq li jilagħbu wkoll fis-Super League.