Futbol Sport

Leeds isalvaw punt fl-aħħar ħinijiet

(Ritratt: EPA)

Gowl Diego Llorente lejn it-tmiem salva punt għal Leeds fi draw ta’ 1-1 fuq Liverpool. Riżultat ġust f’partita fejn Leeds ma serqu xejn kontra avversarju aktar ikkwotat. Bil-punt miksub, Leeds telgħu fid-disa’ post f’46 punt daqs Arsenal filwaqt li Liverpool baqgħu fis-sitt post b’63 punt. Bil-logħob ikun maqsum fl-ewwel fażi tal-ewwel taqsima, fl-ewwel attakk denju, fil-31 minuta Liverpool fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Trent Alexander Arnold kien SADIO MANE’ li għeleb lil Illan Meslier. Fit-tieni taqsima żdiedet il-pressjoni minn Leeds tant li fil-75 minuta kienu sfortunati meta lob ta’ Patrick Bamford ħabat mal-mimduda b’Becker megħlub. Żewġ minuti wara kien Alisson Becker li ċaħħad lil Tylor Roberts mill-gowl tad-draw. Madankollu fis-87 minuta minn azzjoni ta’ Jack Harrison kien DIEGO LLORENTE li kiseb il-gowl tad-draw meritat għal Leeds.