Il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ ma’ talabx lill-membri tal-Kabinett tiegħu sabiex jagħmlu dikjarazzjoni dwar jekk humiex huma jew le il-politiku li semmew kemm l-aħwa Degiorgio, kif ukoll il-Koħħu – politiku illi huma saħqu li kien implikat f’reat kriminali li sehh numru ta’ snin ilu.
It-Tnejn wara nofsinhar, Net News staqsa lil Ministru Byron Camilleri dwar dan….iżda baqa’ jaħrab mill-mistoqsija taghna.
Dan juri li għal darb’oħra, il-Prim Ministru Robert Abela qed jonqos milli jieħu deċiżjoni dwar dak li qed jissemma fil-Qorti u anke mill-proklami li intalbu; cioe, li hemm Ministru li allegatament ħa sehem f’biċċa xogħol ta’ kriminalità organizzata.
Mix-xhieda li kien ta il-Koħħu fil-Qorti, għaddew diversi ġimgħat u l-poplu Malti u Għawdxi għadu qed jistenna pożizzjoni konkreta minn naħa tal-Prim Ministru dwar dan id-dell tqil li għad hemm fuq il-Kabinett tiegħu.
L-aħwa Degiorgio għamlu talbiet lill-President tar-Repubblika sabiex jingħataw Maħfra Presidenzjali ħalli jagħtu l-informazzjoni kollha illi għandhom in konnessjoni mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u ma’ delitti oħra illi seħħew fil-passat… talba li ġiet miċħuda.
//= $special ?>