Kurżitajiet Lokali

Mario Micallef huwa l-mistieden tal-lejla ta’ PROFILI

Għall-programm PROFILI tal-lejla, il-mistieden se jkun Mario Micallef, attur li ħafna jafuh fuq it-televiżjoni u anki fuq il-palk.

Illejla Mario Micallef se jirrakonta fuq tfulitu fil-Belt Valletta, il-festa ta’ San Pawl, il-Ġimgħa Mqaddsa, iżda wkoll se jgħidilna kif beda jirreċta.

Mhux se jonqos li jgħidilna dwar x’relazzjoni huwa kellu ma’ Oliver Friggieri, u kif it-triloġija “Hekk tħabbat il-qalb Maltija”, saret fi produzzjoni ta’ serje fuq it-televiżjoni, fuq Net TV.

Żgur mhux forsi li l-programm tal-lejla se jniżżel ċertu nostalġija f’ħafna, u l-attur se jżommna narawh u nisimgħuh jgħid rakkonti mill-isbaħ fejn xi ċajta fid-diskursata ma tonqosx.

PROFILI, illejla fid-8.45pm fuq Net TV.