Lokali Qorti

Mixli b’konfoffa ta’ importazzjoni ta’ droga għal raġel b’kondotta kkulurita

Raġel b’rekord kriminali twil inżamm taħt arrest preventiv wara li qed jiġi mplikat li jagħmel parti f’konfoffa biex jimporta diversi kilo kokaina u eroina.

Terence Cini, ta’ 35 sena minn Ħal Qormi li tressaq quddiem il-maġistrat Astrid May Grima, akkużat b’konfoffa biex jimporta kokaina u eroina, kompliċità fl-importazzjoni ta’ drogi illeċiti, importa kokaina u eroina, li wkoll li jforni l-istess droga u li din kienet fil-pusses tiegħu f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx esklussivament għall-użu personali tiegħu.

Fi ftit tal-jiem oħra Cini se jkollu jiffaċċa kumpilazzjoni oħra mal-ħafna li għadda minnhom u li għad għandu pendenti. Huwa qed jiġi mixli li kiser mhux anqas minn erbaż digrieti separati tal-pleġġ.

Huwa qed jiġi akkużat ukoll li sar reċediv. L-Ispetturi Steven-Ryan Micallef u Justine Grech spjegaw kif il-pulizija kienu aġixxew il-Ġimgħa wara nofsinhar fuq tip-off kunfidenzjali dwar ftehim tad-droga.

Il-pulizija kienet ħadet dikjarazzjoni minn informatur, u li aktar tard dan kkonfermah taħt ġurament, li l-akkużat kien assoċja ruħu ma’ persuni oħra biex jimportaw id-droga.

Cini huwa mifhum li qabbad lill-informatur biex jaħdem għalih billi jimporta d-droga u jbigħha waqt li Cini kien il-ħabs. Din il-persuna kienet inqabdet fil-pussess ta’ 2.5kg ta’ kokaina u 250g eroina, u li wara ddeċida li jikkollabora mal-pulizija.

Huwa kien ta stqarrija li kkonferma taħt ġurament f’Settembru li għadda, li fiha implikat lill-akkużat. Cini kien l-aħħar fl-aħbarijiet f’Awwissu wara li ġie akkużat, flimkien mat-tfajla tiegħu Amanda Farrugia, b’ħasil ta’ €1 miljun.

Qabel dan, huwa kien irċieva sentenza sospiża fl-2011 talli hedded raġel bi pistola mingħajr liċenzja. Huwa kien ukoll il-ħabs għal 16-il xahar fl-2013 wara li nstab ħati ta’ kokaina u pussess ta’ eroina. Il-qorti żammet lil Cini taħt arrest preventiv. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb kienu l-avukati difensuri.