Lokali

BIL-FILMAT: Nirien fi blokka appartamenti f’San Pawl il-Baħar

Minn informazzjoni li għandu Net News jidher li għall-ħabta tat-3.15 ta’ waranofsinhar żviluppaw nirien fi blokka appartamenti fi Triq il-Ġifen f’San Pawl il-Baħar.

S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża dan in-nar. Immedjatament fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili. Wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Master Dei. Jidher li ma weġġa’ ħadd.

Bħalissa għadha għaddejja ħidma intensiva sabiex jintfew in-nirien li ħakmu dawn l-appartamenti.