Lokali

NIŻVELAW: Il-Kummissarju tal-Pulizija f’Kastilja għal-laqgħa tal-Kabinett

Il-Kummissarju (ritratt) jinsab akkumpanjat mill-Avukat Ġenerali

Kmieni dalgħodu, wasal f’Kastilja l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà. Dan hekk kif dalgħodu stess il-Prim Ministru Robert Abela qed ilaqqa’ l-Kabinett tiegħu.

Gafà kien akkumpanjat mill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg.

Ritratti li kiseb Net News juru lill-Kummissarju dieħel Kastilja mill-entratura tal-ġenb, eżatt qabel il-bidu tal-laqgħa tal-Kabinett.

Hu mifhum li l-Kummissarju se jkun qed jagħti preżentazzjoni lill-membri tal-Kabinett dwar it-talbiet għal Proklama li saru mill-aħwa Degiorgio u minn Vince Muscat il-Koħħu – tliet talbiet separati għal Maħfra Presidenzjali, illi issa ilhom pendenti għal nurmu ta’ ġimgħat.