Lokali

QABEL IL-KABINETT: Il-Prim Ministru jibqa’ jiddefendi lil Carmelo Abela

Il-Ministru Carmelo Abela ma deherx dieħel għal-laqgħa ta' dalgħodu

Se jistenna d-deċiżjoni tal-Kumitat Parlamentari. Kienet din ir-reazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, fl-ewwel okkazjoni li kellna biex naffaċjawh bid-domandi dwar il-każ ta’ Carmelo Abela u l-kundanna li rċieva mill-Kummissarju tal-Istandards dwar is-€7,000 li tajjar minn fondi pubbliċi f’reklamar.

Fi tmiem il-ġimgħa kompliet tiżdied il-pressjoni biex il-Ministru Carmelo Abela jagħti lura dawn l-eluf – pressjoni wkoll biex il-Prim Ministru jieħu azzjoni. Iżda mit-tweġiba li tana dalgħodu, huwa ċar li Robert Abela se jibqa’ jkaxkar saqajh.

Interessanti l-fatt li Carmelo Abela dalgħodu ma deherx dieħel għal-laqgħa tal-Kabinett li qed issir f’Kastilja.