Lokali

Stennija għall-pjan tat-turiżmu li ħejja l-PN

Il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jindika li fil-jiem li ġejjin, il-PN mistenni jħabbar pjan ta’ proposti għas-settur tat-turiżmu – pjan li jaħseb kemm fil-bżonnijiet immedjati, kif ukoll fuq il-ħtiġijiet għall-futur ta’ din l-industrija li tħaddem eluf ta’ persuni.

Waqt l-intervista tal-Ħadd filgħodu, Bernard Grech żvela wħud mid-dettalji tal-pjan li se jniedi l-PN matul din il-ġimgħa.