Futbol Sport

Tottenham Hotspur ikeċċu lil Jose Mourinho

Tottenham Hotspur ħabbru li keċċew lill-coach Portugiż Jose Mourinho wara li rapporti fil-midja internazzjonali qed jindikaw li l-coach ta’ Tottenham naqas milli jniżżel lill-players għat-taħriġ bħala protesta kontra l-European Super League. Tottenham naqsu milli jirbħu fl-aħħar tliet partiti konsekuttivi u kienu wkoll eliminati mill-UEFA Europa League.

It-tkeċċija ta’ Mourinho tasal ftit jiem ‘il bogħod mill-finali tal-Carabao Cup fejn Tottenham se jkunu qed jilgħabu kontra Manchester City. Mourinho ssieħeb ma’ Tottenham f’Novembru tal-2019 fejn ħa post Mauricio Pochettino fejn kien irnexxielu jwassal lil Tottenham sas-sitt post.

Fil-preżent Tottenham jinsabu fis-7 post tal-klassifika, ħames punti ‘l bogħod mir-raba’ post li jfisser post fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej. Tottenham kienu wkoll eliminati mill-Europa League meta wara li kellhom vantaġġ komdu ta’ 2-0 fl-ewwel leg, tilfu t-tieni leg kontra Dinamo Zagreb 3-0 biex kienu eliminati mir-round tal-aħħar 32.

Jidher li Ryan Mason se jkun qed jieħu post Jose Mourinho bħala coach tat-team filwaqt li Chris Powell se jkun qed jassistieh.