Lokali Parlament

70,000 barrani jaħdem f’Malta fl-2020

Fl-2020 f’Malta kien hawn 69,919 ħaddiem barrani li minnhom 31,513 kienu ġejjin mill-UE u 38,406 ġejjin minn pajjiżi barra l-UE.

Dan jirriżulta minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru Clyde Caruana għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi

L-informazzjoni mogħtija mill-Ministru Caruana tmur lura sa Diċembru 2013 fejn it-total ta’ ħaddiema barranin kien ta’ 18,540 li minnhom 12,332 kienu ġejjin mill-UE u 6,208 minn barra l-UE.

SenaEUTCNTotal
Diċembru 201312,3326,20818,540
Diċembru 201416,2317,17723,408
Diċembru 201520,8078,33829,145
Diċembru 201625,8169,92235,738
Diċembru 201730,64313,82444,467
Diċembru 201834,45621,11555,571
Diċembru 201936,70130,89567,596
Settembru 202031,51338,40669,919