Sport

Chelsea miżmuma minn Brighton fi draw ta’ mingħajr gowls

Ebda gowl f’partita fejn minkejja li Chelsea kellhom aktar pussess u f’mumenti ddettaw il-partita, naqsu milli jimpenjaw serjament lil Robert Sanchez. Partita li kompliet mas-serje ta’ riżultati ftit li xejn utli wara li mill-aħħar tlettax il-partita Chelsea rebħu biss darbtejn. Bil-punt miksub Chelsea baqgħu fir-raba’ post b’55 punt daqs West Ham.

Aktar importanti l-punt miksub għal Brighton f’tentattiv biex izommu posthom fil-Premiership. Brighton telgħu fis-16 il-post b’34 punt daqs Burnley. L-aħjar ċans għal Brighton wasal fit-80 minuta meta tentattiv ta’ Danny Welbeck għeleb lil Kepa Arrizabalaga iżda ħabat mal-lasti. Fit-92 minuta Brighton kellhom lil Ben White imkeċċi għal ammonizzjoni doppja f’temp ta’ ftit minuti.