Futbol Sport

Chelsea u Man City se joħorġu mill-European Super League

(Ritratt: EPA)

Chelsea u Manchester City saru l-ewwel klabbs li uffiċjalment ħabbru li ser joħorġu mill-European Super League. Dan wara li llejla għadd ta’ partitarji ta’ Chelsea nġabru quddiem Stamford Bridge sabiex jipportestaw kontra dan il-kampjonat, kif għamlu għadd ta’ partitarji tat-12 -il klabb li huma l-fundaturi ta’ dan il-kampjonat.

Fil-ħin li ġej għadd ta’ timijiet oħra jidher ukoll li se jkunu qed joħorġu minn dan il-kampjonat li ħoloq kontroversja sħiħa.