Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imutu żewġt irġiel – 13-il każ ġdid

Huma 13 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa – dan ifisser li t-total ta’ każi rreġistrati sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 30,039. Ta’ min wieħed jinnota li pajjiżna ilu ma jara każi ġodda inqas minn 20 sa mix-xahar ta’ Awwissu.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn it-Tnejn u t-Tlieta tilfu ħajjithom żewġt irġiel ta’ 57 u 81 sena, ilkoll waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei. Għaldaqstant it-total ta’ vittmi tal-pandemija f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 411.

Intant il-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 62 bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 29,065 bil-każi attivi issa jammontaw għal 563.

Sat-Tnejn it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 87,770.