Lokali Parlament

Diżugwaljanza kbira fis-soċjetà

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li fis-soċjetà qed tinħoloq diżugwaljanza kbira li qed teffettwa l-kwalità tal-ħajja.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li din ir-riforma qed issir issa għaliex il-qorti obbligat lill-Gvern biex iwettaq din ir-riforma u għalhekk din daħlet għaliex ma kienx hemm triq oħra u mhix ir-riżultat tal-prinċipji Soċjalisti.

Din ir-riforma daħlet għaliex il-gvern ma jistax jagħmel mod ieħor, sostna Edwin Vassallo, li kompla li s-sentenzi tal-qrati huma bomba fuq il-gvern għaliex is-sistema ġġarrfet.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN hu favur din il-liġi u żied li din il-liġi mhix ġejja mill-qalb tal-gvern għaliex qabel is-sentenzi tal-qorti il-gvern ma kellux pjani għal din ir-riforma. Hu sostna li anki l-bdiewa qed ikunu mġiegħla joħorġu mir-raba’ tagħhom iżda anki hawn il-gvern mhux joffri soluzzjonijiet. Edwin Vassallo appella biex il-pitkalja ma ssirx ċentru tal-wholesale minn fejn jinbiegħu l-prodotti agrikoli.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-pajjiż hawn diżugwaljanza kbira bejn min jiflaħ u min ma jiflaħx u bejn min jaf u min ma jafx. Dan qed iġib diżugwaljanza fi-kwalità tal-ħajja li qed jgħix il-poplu.

Edwin Vassallo kompla li fil-liġi m’hemm distinzjoni bejn il-kirjiet kummerċjali u l-kirjiet residenzjali. Hu sostna li l-qofol tal-liġi li qed iressaq il-gvern hu dar l-importanza tal-qbil bejn il-propjetarju u l-ikwilin.