Futbol Sport

ESKLUSSIVA: “Il-futbol huwa ta’ kulħadd”- Devis Mangia l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti

(Ritratt: MFA)

B’reazzjoni għal dak li seħħ illejla fejn għadd ta’ klabbs li orġinarjament ħabbru li qed jiffurmaw l-European Super League u li issa jidher li se jkunu qed irreġgħu lura d-deċiżjoni tagħhom, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia qal li l-futbol huwa u għandu jkun ta’ kulħadd.

Mangia qal li s-suċċess li kisbu Leicester City bir-rebħ tal-Premier League fl-2016 u l-partiti u r-riżultati li kisbu Atalanta kemm fis-Serie A kif ukoll fil-UEFA Champions League, huma dak li jagħmlu l-logħba tal-futbol speċjali. “Dawn l-eżempji juruna kif il-logħba tal-futbol m’hijiex ta’ dawk li jridu jbiddlu l-logħba tal-futbol kif jaqbel lill-buthom iżda aktar minn hekk, hekk kif l-istorja tal-futbol tgħallimna kif il-futbol huwa l-isbaħ sport fid-dinja”, temm jgħid Mangia.