Sport

Fiorentina jegħlbu lil Verona biex waqqfu s-serje negattiva fis-Serie A

(Ritratt: EPA)

Fiorentina temmew is-serje negattiva b’rebħa barra minn darhom fuq Verona b’mod li fil-klassifika qabzu lil Genoa, Spezia, Torino u Benevento fejn telgħu fit-13 il-post bi 33 punt. Verona baqgħu komdi fid-disa’ post b’41 punt. L-ewwel taqsima pjuttost ibbilanċjata minkejja li Verona kellhom ferm aktar pussess u azzjonijiet bi Dragowski iżda rari jkun impenjat.

Fit-tieni minuta tal-ħin miżjud foul ta’ Antonin Barak fuq Giacomo Bonaventura. Alessandro Prontera saffar penalty , taħ u skorjaħ DUSAN VLAHOVIC bi Fiorentina jgħalqu l-ewwel taqsima fil-vantaġġ. Bi Fiorentina fuq l-offensiva, fis-66 minuta wara li Koray Guenter ikklerja minn freekick ta’ Erik Pulgar, kien MARTIN CACERES li għeleb lil Marco Silvestri. Reazzjoni immedjata minn Verona li fit-72 minuta naqqsu l-iskor. Azzjoni tra’ Marco Davide Faraoni b’ EDDIE SALCEDO jgħeleb lil Dragowski għat 2 – 1 . Riżultat li biħ intemmew wkoll il-partita minkejja pressjoni minn Verona f’tentattiv li jiksbu l-gowl tad-draw.