Internazzjonali

F’Wales jiftħu r-ristoranti fuq barra u jiżdied għal 6 n-numru ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu

F’Wales minn nhar it-Tnejn se jiftħu mill-ġdid ir-ristoranti li jistgħu iservu ikel u xorb fuq barra u se jitla’ għal sitta n-numru ta’ persuni minn households differenti li jistgħu jiltaqgħu barra.

Dan wara li l-infezzjonijiet f’dan il-pajjiż naqsu drastikament u l-proċess tat-tilqim miexi b’ritmu mgħaġġel ferm.

Ir-rilass tal-miżuri kienu mħabbra mill-Prim Ministru Mark Drakeford li wissa’ li minkejja dan it-tnaqqis tal-miżuri, wieħed jibqa’ fl-obbligu li jżomm id-distanzi soċjali u jimxi mar-regoli li jillimataw in-numru ta’ households ġewwa.

Sadanittant huwa qal li s-soċjalizzazzjoni fuq barra hija ferm aktar sigura milli meta gruppi ta’ nies jiltaqgħu fil-magħluq u kien għalhekk li se jiżdied il-limitu ta’ persuni minn households differenti li jistgħu jiltaqgħu barra. Din il-miżura mistennija tgħin lil ħafna wkoll f’dik li hija saħħa mentali.