Lokali Parlament

Ħadd m’għandu jispiċċa bla dar

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Riforma tal-Kirjiet Kontrollati għandu jassigura li ħadd ma jispiċċa bal saqaf fuq rasu; għaliex dan hu dritt fundamentali tal-bniedem.

Fil-parlament Adrian Delia qal li t-tqassim tal-ġid fis-soċjetà u sostna li l-ebda persuna m’għandu jkun mħolli bla saqaf fuq rasu. Hu sostna li minkejja li l-ġid kiber fil-pajjiż il-ftit sar iktar sinjuri, l-ħafna ftaqru; il-ġid ma tqassamx b’ġustizzja. F’Malta kien hawn fenominu fejn minkejja t-tkabbir tal-ġid, l-aktar li bbenefikaw kienu s-sinjuri.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li Malta hi klassifikata b’mod tajjeb ħafna fl-assi ta’ madwar €9,000 fil-kategorija t’isfel tas-soċjetà. Dawn jammontaw għal 20% tas-soċjetà, li huma 10,000 persuna u m’għandhomx dar tagħhom.

Hu qal li qed ikunu trattati każi li ilhom biex ikunu kkunsidrati snin din il-liġi ma ssibx is-soluzzjonijiet kollha. Adrian Delia tkellem dwar propjetajiet li jiswew ‘il fuq minn €500,000 u staqsa kemm hemm minn dawn il-każi.

Jekk iva, l-akkomodazzjoni alternattiva se ktun tal-istess livell? Se tkun tifforma parti minn skema?, staqsa d-deputat Nazzjonalista, li tratta wkoll l-2,000 persuna li jinsabu fuq il-lista ta’ stennija tal-Awtorità tad-Djar. Hu staqsa jekk il-gvern għandux pjan differenti għal dawn il-persuni jew jekk hux se jitpoġġew fl-istess kategorija bħall-oħrajn.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN mhux qed jopponi dawn l-emendi u se jivvota favur il-liġi iżda dan ma jfissirx li għax hemm kwistjonijiet soċjali ma jkun hemm l-obbligu tal-iskrutinju. Il-pajjiż ma setax jibqa’ jistenna biex jieħu dawn il-passi għaliex dawn il-miżuri se jkunu ta’ għajnuna għalkemm se jolqtu lil xi kategoriji wkoll.

Adrian Delia qal li hemm il-biża’ ta’ persuna li jispċċaw bla dar u sostna li dwar dan għandha tingħata garanzija irrispettivament minn kemm tiswa l-propjetà. Dan għaliex dan hu dritt fundamentali, sostna Adrian Delia, li appella biex ma jkunx hemm dewmien fil-proċeduri biex ma jkunx hemm tbatija mill-persuni involuti.