Iċ-Ċina qed tixli lill-Human Rights Watch (HRW) dwar ‘akkużi foloz’ wara li l-entità akkużat lir-reġim komunista ta’ Beijing dwar ‘reati kontinwi kontra l-bniedem’ relatati għall-oppressjoni tal-komunità tal-Uighur u minoranzi Musulmani oħrajn fil-pajjiż.
Hemm ammont konsiderevoli ta’ provi li ‘il fuq minn miljun membru tal-Uighur qed ikunu kostretti li jgħixu fi priġunerija fir-reġjun ta’ Xinjiang, ‘fuq l-ordnijiet speċifiċi ta’ Beijing’. Dan meta l-Gvern komunista Ċiniż – skont ir-rapport — qed iżomm miljuni oħra taħt sistema iebsa ta’ sorveljanza u kontrolli.
Ir-rapport – imħejji mill-HRW and Stanford Law School’s Human Rights & Conflict Resolution Clinic – kompla li l-Gvern Ċiniż mhux iżomm lura minn reati kontra l-popolazzjoni Musulmana fiċ-Ċina. Ingħad ukoll li l-Gvern Ċiniż waqqaf kampijiet bl-intenzjoni li jelimina l-kultura u r-reliġjon ta’ dawn il-Musulmani. Il-vittmi ta’ din il-politika, minbarra l-Uighur, jinkludu nies mill-Kazakhstan u l-Kyrgyzstan flimkien ma’ Musulmani oħra f’Xinjiang.
Il-politika taċ-Ċina qed tabbuża l-Istatut ta’ Ruma tal-1998 tal-Qorti Kriminali Internazzjonali li dikjarat li ‘l-attakki sistematiċi fuq il-popolazzjonijiet ċivili għandhom jitqiesu bħala reat’. Dan meta l-HRW akkuża lill-Gvern Ċiniż dwar it-tortura u qtil tal-Uighur u b’li qed iżżomm għexieren ta’ eluf ta’ Musulmani etniċi taħt priġunerija illegali.
//= $special ?>