Lokali

Id-dwana twaqqaf kontejner mimli AK47 foloz destinati għall-Libja

Id-Dipartiment tad-Dwana interċettat kontejner mimli kopji foloz ta’ rifles AK47. Il-kontejner kien fi triqtu lejn il-Libja.

Din il-merkanzija mhux tas-soltu nqabdet wara spezzjoni li saret fejn instabu aktar minn 900 arma falza li huma l-forma u l-piż simili għal dawk awtentiċi. Hu maħsub li dawn kienu intiżi għal skop ta’ taħriġ.

L-investigazzjonijiet mid-Dipartiment tad-Dwana wassal biex il-każ ikun referut għand il-Bord għall-Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet u wara konsultazzjoni ma’ panel ta’ esperti qed tipproċedi bl-ikkonfiskar tal-merkanzija li se tiġi meqruda.