Coronavirus Ekonomija Lokali

Ikompli jiżdied l-iżbilanċ u d-dejn tal-Gvern

Ċifri ppubblikati mill-NSO jikkonfermaw l-istampa ekonomika ta’ pajjiżna matul l-ewwel sena tal-pandemija, bid-defici tal-Gvern jilħaq il-livell ta’ €1,300 miljun. Dan apparti li żdied anke d-dejn nazzjonali, li issa laħħaq kważi €7,000 miljun.

Iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-2020 id-dħul tal-Gvern naqas b’mod drastiku – tnaqqis ta’ €378 miljun fuq l-2019.

Fl-aħħar kwart tas-sena, bejn Ottubru u Diċembru, id-dħul tal-Gvern naqas b’€60 miljun fuq perijodu ta’ sena.