Futbol Sport

Il-Gvern Ingliż lest li jieħu kull azzjoni sabiex iwaqqaf is-Super League

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-Gvern Ingliż u l-awtoritajiet tal-futbol lesti li jieħdu kull azzjoni possibli sabiex iwaqqfu il-European Super League milli jiġi implimentat.

Boris Johnson qal dan wara laqgħa mal-awtoritajiet tal-futbol fejn saħaq li qed jħarsu lejn kull possbilita’, anke dik legali, sabiex jiżguraw li dan il-kampjonat ma jseħħx. Fi stqarrija minn Downing Street, il-Gvern Ingliża qal li m’huwiex se jħalli ftit sidien ta’ klabbs li joħolqu dan il-kampjonat magħluq. Fl-istqarrija il-gvern Ingliż qed jevalwa wkoll l-possibilita’ li jwaqqfu permessi u visa lill-plejers li jipparteċipaw f’dan is-Super League.

Il-Gvern Ingliż esprima wkoll “solidarjeta” mal-partitarji tal-klabbs involuti hekk kif il-partitarji għandhom ikunu fiċ-ċentru tad-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet.