Lokali

L-avviżi legali ġodda qed iservu biss biex iżidu l-isfidi fuq l-għaqdiet volontarji – Forum Kontra l-Faqar

Il-qasam tal-għaqdiet volontarji diġa kien irregolat b’mod effettiv u li jiżgura trasparenza u aġir kif titlob il-liġi u l-avviż legali l-ġdid qed iservi biss biex ikomplli jżid id-diffikultajiet u l-isfidi li jiffaċċjaw dawn l-għaqdiet.

Il-Forum Kontra l-Faqar f’pajjiżna fi stqarrija qal li kull għaqda volontarji diġà għandha l-obbligu li li tipprovdi rapporti u spjega dettaljata tal-kontijiet tagħha, u dawk aktar kbar iridu jippreżentaw ukoll rapporti awditjati.

Hu għalhekk li dak li qed jipproponi l-Gvern mhu se jagħmel xejn għajr ixekkel u jaqta qalb dawn l-organizzazzjonijiet fi żmien meta ġa hemm għaqdiet li qed iżarmaw minħabba l-iskrutinju qawwi li hemm fuqhom u n-nuqqas ta’ fiduċja li qed tintwera lilhom.

Fl-istqarrija l-FORUM qal li l-NGOs li jirrappreżentaw m’għandhomx problema bit-trasparenza u jilqgħu kull eżerċizzju ta’ awditjar madankollu qed jitoblu li jkunu stmati aħjar u fdati aktar.