Lokali Parlament

L-inkjesta fuq il-Bank Pilatus swiet €7.5 miljuni

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjoalista Jason Azzopardi qal li l-inkjesta maġisterjali dwar il-Bank Pilatus swiet lill-poplu Malti €7.5 miljuni.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-ħaddiema qed ibatu minn buthom l-ispejjeż tas-serq li l-gvern qed jagħmel; ħsara llum u ħsara għall-ġejjieni. Hu sostna li l-gvern seraq u qed jisraq il-ġejjieni tagħna lkoll u kompla li jirriżulta li l-inkjesta maġisterjali dwar il-bank Pilatus swiet lill-poplu €7.5 miljuni. Din l-inkjesta intemmet f’Diċembru li għadda fuq bank li nfetaħ bi skopijiet biex ministri u uffiċjali tal-gvern jaħslu l-flus.

Dan hu prezz tas-serq li l-gvern welled bi pjan u b’kompliċità tal-ex Prim Ministru Jospeh Muscat u l-appoġġ tal-Prim Ministru Robert Abela. Il-Pilatus Bank qatt ma missu nfetaħ f’Malta u kellu l-iskop li fih jinħaslu l-flus maħmuġin.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa għaliex għadhom ma kienux arrestati l-uffiċjali u sidien kollha tal-Pilatus Bank wara li l-inkjesta ordnat li dawn jitressqu l-qorti. Hu staqsa jekk inħarġux warrants internazzjonali ta’ arrest kontra Ali Sadr u l-uffiċjali l-oħra tal-Pilatus Bank. Hu staqsa wkoll għaliex dawn ma nħarġux u jekk inħarġu, meta? Veru li l-maġistrat ordna investigazzjoni fuq il-Bank Pilatus?

Jason Azzopardi semma’ wkoll il-Bank BNP Paripas u qal li hu bank kriminali li wettaq atti kriminali madwar id-dinja. F’Ottubru 2020 il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galziia għamlet talba fi Franza biex tinbeda investigazzjoni dwar korruzzjoni kontra dan il-bank.

Minkejja ir-rapporti, dan il-bank jinsisti biex f’Novembru jkun iffirmat il-fehim tas-self. Fl-2014, sentenza fl-Amerika, li fiha kien dikjarat li l-BNI Paripas kiser is-sanzjonijiet kontra is-Sudan, l-Iran u Kuba u ftiehem fil-qorti li jħallas 8 biljun dollaru u multa ta’ 140 miljun dollari.

Każ ieħor hu ta’ impjegat Ortodoss li fetaħ kawża fl-Amerika fejn il-bank kellu jtih 40 miljun dollaru għax ilmenta li kellu jara film fuq Hilter u n-Nażi waqt it-taħriġ tiegħu biex jgħolli l-moral.

Fi Frar 2021 qorti fi New York tat sentenza li kawża magħmula mill-eredi ta’ vittmi ta’ ġenoċidju fis-Sudan tista’ titkompa. Hemm ukoll allegazzjonijiet li l-bank qed jiffinanzja l-Hamas.

Malta ġiet assoċjata ma’ dawn il-kirminali fejn fil-proġett tal-Electrogas; fejn il-poplu qed jinsteraq €40 miljun kull sena. Dan il-bank kien ordnat tliet darbiet biex l-uffiċjali tiegħu jidhru fil-qorti f’Malta biex ikunu investigat fil-korruzzjoni iżda dawn qed jirrifjutaw.