Il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għas-settur tat-turiżmu diga’ qed jintlaqgħu tajjeb…bil-Pjan shih mistenni jigi prezentat fil-jiem li gejjin.
Fost il-proposti li diga’ issemmew mill-Kap tal-PN Bernard Grech hemm it-tnaqqis tar-rata tal-VAT għal 7 fil-mija fuq servizzi fil-qasam tat-turiżmu.
Waqt il-programm Net Live, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Reuben Buttigieg qal li l-Assocjazzjoni tapprezza din il-proposta. Hu qal li dan huwa aspett li l-assoċjazzjoni ilu jistudja sa minn qabel ma faqqgħet il-pandemija.
Reuben Buttigieg qal li fil-fatt, diversi pajjiżi Ewropej, uħud minnhom kompetituri ta’ Malta, għandhom rata ta’ VAT mnaqqsa fuq servizzi turistiċi. Rati li huma ferm inqas mit-18 fil-mija VAT li titħallas bħalissa f’Malta.
Buttigieg qal li r-rata ta’ 7 fil-mija hi kompromess tajjeb bejn il-ħtiġijiet tal-kompetittivita’ u l-ħlas fuq servizz li jkun qed jiġi offrut.
//= $special ?>