Wara li lbieraħ il-Partit Nazzjonalista informa kemm lill-Kummissarju tad-Data kif ukoll
lill-Pulizija Eżekuttiva li kien safa vittma ta’ attakk fuq is-sistemi tal-informazzjoni
teknoloġika tiegħu, llum qegħda ssir inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Victor
Axiaq marbuta ma’ dan il-każ.