Futbol Sport

Approvati il-liċenzji tal-UEFA tal-klabbs Maltin

Il-klabbs Maltin kellhom il-liċenzji tagħhom approvatti mill-Bord tal-Liċenzji tal-membri fi ħdan il-Malta Football Association (MFA). Il-klabbs li kellhom il-liċenja tal-UEFA approvata huma ; Balzan, Birkirkara, Ħamrun, Hibernians, Gżira, Santa Lucia, Mosta u Valletta. Ma’ dawn kienet approvata wkoll il-liċenzja tal-UEFA tat-tim tan-nisa ta’ Birkirkara.

Birkirkara kienu mmultati wkoll €10,000 wara li nstabu ħatja li kellhom irregolaritajiet fid-dokumenti tat-taxxa iżda xorta tħallew jikkompetu fil-Europa Conference League. Ħamrun Spartans se jkunu qed jistennew id-deċiżjoni tal-UEFA dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-UEFA Champions League wara l-involviment tagħhom f’każ ta’ korruzjoni fl-2013.

Ma’ dawn kien erba’ klabbs oħra li applikaw iżda rtiraw l-applikazzjoni tagħhom, fosthom Floriana, Żejtun, Sirens u Sliema.

B’hekk il-klabbs li għandhom l-approvazjoni tal-liċenzji tagħhom se jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA.