Coronavirus Lokali Saħħa

Covid-19: 24 każ ġdid, ifiqu 65 persuna

Fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 24 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 65 persuna mill-virus. Fortunatament ma kienet irreġistrata l-ebda mewta bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kaġun tal-Covid, bl-ammont ta’ vittmi baqa’ 411.

Il-każijiet attivi huma 522, bil-każijiet totali issa telgħu għal 30,063. Minn Marzu ‘l hawn s’issa fiequ 29,130.

Fl-aħħar 24 siegħa saru ftit anqas minn elfejn swab test, filwaqt li sa issa 90,173 ingħataw it-tieni doża tal-vaċċin.