Illum il-Partit Nazzjonalista ressaq il-pjan tiegħu għas-settur tat-turiżmu – pjan li jaħseb kemm fil-bżonnijiet immedjati, kif ukoll fuq il-ħtiġijiet għall-futur ta’ din l-industrija li tħaddem eluf ta’ persuni.
Is-settur turistiku jifforma parti essenzjali minn ħajjitna… settur li jittma madwar 50 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija. Settur li ovvjament ħa daqqa ta’ ħarta kawża tal-pandemija tal-COVID. Quddiem dan kollu l-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta dokument li se jespoliar b’mod mill-aktar flessibbli u ġeneriku, it-triq ‘il quddiem biex pajjiżna jirkupra malajr kemm jista’ jkun – ‘Pjan Strateġiku 2+8’.
Soluzzjoni mifruxa fuq sentejn u pjan ieħor ta’ tmien snin.
L-ewwel qasam li l-PN qed iħares lejh huwa l-Marketing – il-mod kif nirriklamaw lil pajjiżna barra minn xtutna. Għorja ta’ darba ta’ 25,000 ewro kull sena għall-2021 u l-2022 biex isiru kampanji ta’ marketing.
It-tieni qasam – il-Konnettività – importanti biex turist jiġi f’pajjiżna. Il-PN qed jipproponi li tingħata 10 ewro għal kull seat skon fethim mifrux fuq tliet snin bi frekwenza minima ta’ 2 titjiriet fil-ġimgħa tul is-sajf… fix-xitwa – 20 ewro għal kull seat. Apparti dan il-PN qed jagħti importanti lejn il-konnettivita permezz tal-baħar.
It-tielet qasam – l-Akkomodazzjoni u l-Catering – il-pn se jippermetti li t-taxxi kollha dovuti għal dawn is-sentejn jitħallsu fuq perjodu ta’ ħames snin. Ikun hemm kriterji ġodda u aġġornati tal-klassifikazzjoni u tal-istandards. Jiddaħħal il-kuċett ta’ live like a local.Spazji ġodda għall-camping.Skemi fiskali bħal tnaqqis fil-VATv għal 7% bħall-akkomodazzjonijiet.
Ir-raba’ qasam – Inftrastruttura – jitwaqqaf bord għall- iżvilupp turistiku li jinkludi lill-partijiet konċernati kollha. Tinħoloq app dwar iż-żoni turistiċi. Tingħata importanza lid-diving. Vetturi elettriċi għat-turisti.
Il-ħames qasam – l-Operaturi – Benefiċċju ta’ kreditu ta’ taxxa lis-sidien tal-kirjiet. Tingħata importanza lit-turiżmu tal-lingwa Ingliża. Il-PN jipproponi li tingħata borża ta’ studju ta’ 50 ewro fil-ġimgħa lil kull student li jagħżel li jiġi Malta għal kors tal-Ingliz.
Is-sitt qasam – Attrazzjonijiet u Attivitajiet – Tingħata importanza lill-mużewijiet.
Waqt din il-preżentazzjoni, id-deputat Robert Arrigo irringrazzja lil dawk kollha li għenuh sabiex jiġu mfassal dan id-dokument. Il fuq minn mitt proposta li l-PN jixtieq li l-Gvern vera jistudjah. Il-Viċi Kap tal-PN qal li għandu jkun hemm servizz ta’ kwalità għat-turisti kollha li jiġu Malta. Tingħata importanza partikolari li jsir ittesjar fuq kull turist li jiġi pajjiżna u tingħata importanza liċ-ċertifikat ta’ vaċċinazzjoni.
Huwa qal li dan huwa dokument ħaj li l-PN se jkompli jaġġorna – il-PN kommess li dan id-dokument ikun għall-Maltin u l-Għawdxin kollha – proposti li permezz tagħhom ir-rota se terġa’ tibda ddur.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li llum hija ġurnata oħra sabiħa għall-PN u għal pajjiżna. Dak li ġie ppreżentat illum huwa dokument li juri li l-PN huwa partit ħaj li għandu viżjoni. Huwa qal li l-PN jemmen fil-poplu Malti u Għawdxi u fil-prodott li joffri pajjiżna.
Bernard Grech qal li b’umilta l-PN se jibqa’ jilqa’ l-proposti ta’ dawk kollha konċernati sabiex inkomplu ntejbu dawn il-proposti. Wara d-daqqa tal-pandemija, irridu nagħmlu dan is-settur iktar b’saħħtu minn kif kien qabel.
Lil hinn mill-proposti li qed jippreżenta l-PN, irridu nifhmu li parti sostanzjali mill-prodott turistiku ta’ pajjiżna huma l-Korpi kostitwiti, il-ħaddiema u dawk kollha involuti.
Ilkoll flimkien irridu naghmlu lil dan il pajjiz destinazzjoni unika għal dawk li jżuru pajjiżna.
//= $special ?>