Futbol Sport

David Alaba se jingħaqad ma’ Real Madrid

Id-difensur ta’ Bayern Munich David Alaba laħaq ftehim biex jingħaqad ma’ Real Madrid, b’kuntratt sal -2026, hekk kif dan l-istaġun intemmlu l-kuntratt ma’ Bayern Munich.

Għalkemm Alaba għadu ma ffirmax il-kuntratt ma’ Real Madrid, jidher li ntlaħaq ftehim li jiffirma ma’ Real Madrid sal-2026. L-Awstrijak kiseb diversi suċċessi ma’ Bayern Munich fosthom rebaħ disa’ darbiet il-Bundesliga, kif ukoll żewġ treofej tal-UEFA Champions League.

B’hekk intemmet l-ispekulazzjoni dwar il-futur ta’ dan id-difensur hekk kif bosta l-aqwa timijiet fl-Ewropa kienu qegħdin ifittxu li jiksbu l-firma tiegħu.