Internazzjonali

Derek Chauvin jinstab ħati li qatel lil George Floyd

Fl-aħħar ħinijiet Derek Chauvin instab ħati li qatel lil George Floyd. Il-vot tal-ġurija fil-Qorti Amerikana ħadet din id-deċizjoni unanima, b’Chauvin jeħel piena li tista’ twassal anki għal 40 sena sena ħabs.

Barra l-Qorti nġabru għadd ta’ persuni li jagħmlu parti mill-Moviment Black Lives Matter fejn stennew ukoll il-verdett finali, bl-għajta tagħhom tibqa’ tissokta biex issir forma ta’ ġustizzja għal qtil ta’ George Floyd.

George Floyd kien inqatel waqt arrest li kien sar xhur ilu fil-Belt ta’ Minneapolis. Floyd kien inżamm minn Chauvin, b’irkoptu fuq għonqu għal 9 minuti u 29 sekonda mal-art, sakemm tilef ħajtu ftit tal-mumenti wara.