Il-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela jibqgħu ma jwiġbux id-domandi ta’ Net News dwar kemm qed jonfqu f’riklamar ghalihom stess bhala Ministri – konferma cara ta’ kemm qed tohloq skumdità l-ahhar storja marbuta mal-Ministru Carmelo Abela.
L-Erbgħa filgħodu, staqsejna din il-mistoqsija lill-Minsitru għall-Enerġija, l-Intrapriżi u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli … iżda minflok ma tatna risposta, hija pruvat iddawwar il-kliem u tweġibna dwar ir-raġuni ghaliex isir r-reklamar.
Waqt li Net News prova jkompli jistaqsi għal twegiba cara mill-Ministru Miriam Dalli…ma tħallejnhiex ikomplu nistaqsu.
Aktar kmieni, saqsejniha wkoll jekk għandiex fiduċja fil-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler, illi canfar l-infieq ta’ eluf ta’ ewro f’reklamar minn Carmelo Abela….twegiba illi tikkuntrsata mal-attakk li fetah il-whip taghha, Glenn Bedingfield, fuq il-Kummissarju tal-Istandards.
//= $special ?>