L-Erbgħa twaqqfet il-Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali fi ħdan il-Kumitat tar-Reġjuni, fejn se jkun qed isir tiġdid fil-ħidma Ewropea ghas-setturi tal-klima u l-enerġija.
Il-Minority Leader tal-PN f’San Pawl il-Bahar, Graziella Galea, se tkun qed tirraprenzenta lil pajjiżna bħala ambaxxatriċi f’dan il-Kumitat – kumitat li se jkun imżżewwaq b’kontribuzzjonijiet ta’ individwi mis-27 stat Membru tal-Unjoni Ewropea – kumitat li se jfassal il-politika għal enreġija aktar nadifa.
Fost l-oħrajn, fid-diskussjonijiet li se jsiru fil-futur, se tigi diskussa l-politika għal aktar Smart Cities madwar l-Ewropa u anki inavozzjoni għal teknoloġija aktar nadifa, b’limiti fuq l-emissjonijiet. Dan eventwalment iwassal biex jitnaqqas it-tniggis u jkollna arja aktar nadifa madwar l-Ewropa kollha.
L-ambizzjoni ta’ dan il-Kumitat hi illi jixpruna l-Unjoni Ewropea biex issir aktar ħidma biex il-kontinent Ewropew ikun l-ewwel kontinent fid-dinja climate-neutral sas-sena 2050. Dan il-Kumitat Ewropew fi hdan il-Kumitat tar-Regjuni se jkun qed iħeġġeġ ukoll li jkun hemm involviment ta’ aktar żgħażagħ biex ikunu jistgħu jagħtu l-ideat tagħhom ħalli jitħares l-ambjent Ewropew.
//= $special ?>