Il-Kunsill tas-Settur tal-Volontarjat ippreżenta lill-Partit Nazzjonalista b’dokument ta’ aktar minn 30 punt li fih juri x’għandu jinbidel jew jitneħħa mil-liġi l-ġdida li għamel il-Gvern. Dan id-dokument kien preżentat lill-Gvern biex issa ssir konsultazzjoni sħiħa mal-għaqdiet volontarji qabel ma tidħol fis-seħħ il-liġi. Il-preżentazzjoni saret lill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista f’dan il-qasam, Kevin Cutajar.
Fl-aħħar jiem, iċ-Chairperson tal-Kunsill, Noel Camilleri saħaq li dawn il-liġijiet se jkunu ta’ xkiel għall-operat tal-għaqdiet volontarji, “regolamenti li flok jgħinu se jkunu mażra ma’ għonq l-għaqdiet.” Dan is-settur iħaddem mal-5,000 persuna u fl-aħħar jiem il-Kunsill saħaq li dawn il-liġijiet li ħareġ l-Gvern mingħajr ebda konsultazzjoni, se joħonqu l-prosperità tal-ghaqdiet.
//= $special ?>