Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jniedi l-politika tiegħu 2+8 għall-irkupru u l-iżvilupp tas-settur turistiku

“Illum hija ġurnata sabiħa għall-pajjiżna u għall-Partit Nazzjonalista bit-tnedija tal-politika tagħna għat-turiżmu li juri b’mod ċar li l-Partit Nazzjonalista huwa partit tal-ideat, li jisma’ lil kulħadd u b’viżjoni ‘l quddiem għaliex jemmen f’Malta u fil-poplu kollu Malti u Għawdxi. Aħna nemmnu u kburin bil-prodott turistiku tagħna, u lesti li naqsmuh mad-dinja kollha.” Hekk qal il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt it-tnedija tad-dokument bi proposti konkreti 2+8 Triq ‘il quddiem għall-irkupru tal-industrija tat-turiżmu ta’ pajjiżna.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li dawn il-proposti saru flimkien mal-istakeholders, esperti u ħaddiema fis-settur turistiku ta’ pajjiżna. Dokument li l-Oppożizzjoni trid li jitħaddem flimkien mal-operaturi kollha fis-settur turistiku, f’konsultazzjoni sħiħa, fejn lkoll flimkien nimxu ‘l quddiem wara l-pandemija. Huwa qal li b’dawn il-proposti konkreti nistgħu nagħmlu s-settur tat-turiżmu ta’ pajjiżna iktar b’saħħtu minn qatt qabel. Dan meta l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-prodott turistiku huwa ħaj u li jħalli memorja sabiħa lit-turisti kollha, mhux biss meta jkunu magħna f’pajjiżna iżda wkoll meta jirritorna f’pajjiżhom, tant li jkunu jridu jerġgħu jiġu lura għal btajjel oħrajn.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-esperjenza, l-memorji u l-mumenti sbieħ li turist iqatta’ f’pajjiżna huwa dak li għandna nbiegħu u nirreklamaw, għaliex parti mill-istess prodott turistiku huwa aħna lkoll. Filwaqt li enfasizza li jemmen fil-poplu Malti, Bernard Grech saħaq li jemmen ukoll flimkien nistgħu nkunu partit sħiħa għall-irkupru, t-tisħiħ u l-avvanz ‘il quddiem tas-settur turistiku. Huwa awgura lill-operaturi u l-istakeholders meta jerġgħu jilqgħu u joffri s-servizzi tagħhom lit-turisti li se jżuruna, filwaqt li qal li jinsab fiduċjuż li naslu biex pajjiżna jerga’ jkun pajjiż b’saħħtu fis-settur turistiku sabiex nattiraw lit-turisti.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, Robert Arrigo li tkellem dwar id-dokument tal-prosposti, enfasizza kif is-settur turistiku jfisser l-għajxien ta’ eluf kbar ta’ persuni, direttament u indirettament, u kif il-Partit Nazzjonalista qed jagħti attenzjoni partikolari lis-settur biex niżguraw li, filwaqt li nkunu kawti u nibżgħu għas-saħħa tal-poplu, naraw li fil-mument opportun ikollna l-pajjiż imħejji bħala destinazzjoni sigura li tilqa’ turisti responsabbli, mlaqqma jew ittestjati, biex is-settur jerġa’ jirpilja mingħajr dewmien. Pjan li jpoġġi l-interessi u l-għajxien tal-Maltin u tal-Għawdxin fuq quddiemnett.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, Robert Arrigo li tkellem dwar id-dokument tal-prosposti, enfasizza kif is-settur turistiku jfisser l-għajxien ta’ eluf kbar ta’ persuni, direttament u indirettament, u kif il-Partit Nazzjonalista qed jagħti attenzjoni partikolari lis-settur biex niżguraw li, filwaqt li nkunu kawti u nibżgħu għas-saħħa tal-poplu, naraw li fil-mument opportun ikollna l-pajjiż imħejji bħala destinazzjoni sigura li tilqa’ turisti responsabbli, mlaqqma jew ittestjati, biex is-settur jerġa’ jirpilja mingħajr dewmien. Pjan li jpoġġi l-interessi u l-għajxien tal-Maltin u tal-Għawdxin fuq quddiemnett.

Il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għall-irkupru turistiku huwam imsejsa fuq sentejn għall-irkupru mis-sitwazzjoni preżenti u tmien snin sabiex insaħħu l-industrija. Iżda lil hinn minn kull proposta individwali, l-politika tal-Oppożizzjoni għall-qawmien mill-ġdid tat-turiżmu Malti sserraħ fuq tlett prinċipji bażiċi li huma; Viżjoni fit-tul li iżda tindirizza wkoll il-bżonn fl-immedjat, empowerment konkret tal-industrija nnifisha li tattira hi stess in-niċeċ li jgħoddu għaliha u l-qawmien mill-ġdid tat-turiżmu Malti li jrid iservi ta’ opportunita’.

Pjan strateġiku 2+8 (soluzzjoni mifruxa fuq sentejn għall-kriżi li qed iġġarrab bħalissa l-industrija, u pjan ieħor ta’ tmien snin li jagħti direzzjoni lill-industrija tul dan id-deċennju) –

  • Nipprovdu inċentivi għal marketing dirett barrani minn entitajiet turistiċi liċenzjati (minn lukandi 5 star sa self-catering farmhouses) – għotja ta’ darba ta’ €25,000 kull sena għall-2021 u l-2022, biex isiru kampanji ta’ marketing barra mill-pajjiż.
  • Nipprovdu ċentri tal-ittestjar għall-COVID-19 bla ħlas lit-turisti: tnejn f’Malta u wieħed f’Għawdex.
  • Nippermettu li t-taxxi kollha dovuti għall-2020 u l-2021 jitħallsu fuq perjodu ta’ ħames snin sal-2027.
  • Inwessgħu l-kunċett ta’ vilel u farmhouses madwar Malta u Għawdex biex nattiraw turisti li jonfqu iżjed, u familji.
  • Noħolqu spazji organizzati u mantenuti għall-camping bil-faċilitajiet meħtieġa: dawl, ilma, iġjene, faċilitajiet tat-tisjir u l-bqija. Il-kunċett ekoloġiku: Nagħmlu s-siti tal-camping ekoloġiċi u spazji li jinvolvu lit-turisti f’bosta attivitajiet favur l-ambjent tas-siti, bħat-tħawwil tas-siġar u attivitajiet oħra relatati mal-fawna lokali tagħhom.
  • Nipprovdu skemi fiskali bħal tnaqqis fil-VAT għal 7% bħall-akkomodazzjonijiet għall-barijiet u ristoranti.
  • Nissospendu l-ħlas tal-liċenzji ta’ Transport Malta għal 18-il xahar lill-kowċis, lill-open top buses, lid-dgħajjes u lit-taxis fuq il-mudell ta’ sospensjonijiet li ħaddmet l-Awtorità tat-Turiżmu.
  • Nistabbilixxu programm apposta għaż-żgħażagħ ta’ taħt il-25 biex inħajru u nappoġġaw lil investituri żgħażagħ biex jiftħu negozji ġodda fis-settur tal-ospitalità
  • Nagħtu Fond ta’ Boroż ta’ Studju ta’ €50 fil-ġimgħa lil kull student li jagħżel li jiġiMalta għal kors fl-Ingliż ta’ mill-inqas 12-il ġimgħa minn Settembru 2021 sa Ġunju2022 b’limitu massimu ta’ €600 lil kull student.
  • Id f’id mal-privat, inħeġġu esperjenzi ta’ kumplessi tax-xiri u divertiment ta’ livellgħoli u ta’ kwalità, b’enfasi fuq ir-riġenerazzjoni tal-inħawi ta’ Paceville, Buġibba uSan Pawl il-Baħar.
  • Nippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni għal prodotti ġodda ta’ avventura, ta’attività u ta’ sports, apparti n-niċeċ stabbiliti – il-kunċett ta’ Green Gozo.
  • Pjan ta’ infrastruttura u akkomodazzjoni fin-nofs-in-nhar ta’ Malta.