Lokali Parlament

Il-PN jagħti serħan il-moħħ fl-akkomodazzjoni

Il-Kap tal-PN Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech sostna fil-parlament llejla li l-PN għandu l-proposti li permezz tagħhom idaħħal serħan il-moħħ fis-settur tal-akkomodazzjoni biex jissolvew il-problemi li ilhom tant snin fis-soċjetà.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar l-Abozz ta’ Liġi dwar ir-Rifoma tal-Kirjiet Kontrollati, il-Kap tal-PN qal li s-sitwazzjoni tal-krijiet privati antiki u protetti ta’ qabel l-1995 saret problematika iżda għal ħafna snin din il-problema ma ġietx indirizzata bl-aħjar mod possibbli kemm minn gvernijiet tal-PL kif ukoll tal-PN.

Mhux korrett u ġust li l-Prim Ministru jipprova jattribwixxi s-sitwazzjoni preżenti billi jattakka lill-gvern tal-PN għal-liġi tal-2009; anzi dakinhar gvern Nazzjonalista kellu l-kuraġġ li jibda jindirizza din il-problema. Kien biss dakinhar li gvern Nazzjonalista kellu l-kuraġġ li jaqta’ linja bejn il-kirijiet li kien hemm dak iż-żmien. Il-Prim Ministru mhux ġust meta jħares lejn din il-problema b’mod partiġġjan.

Bernard Grech kompla li mhux ġust li gvernijiet passati jkunu ġudikati għal dak li wettqu mil-lenti tal-lum għaliex kull deċiżjoni għandha sfond politiċi, storiku u soċjali. Hu qal li l-proposti tal-gvern llum m’humiex biżżejjed għaliex gvern Laburista ma ressaq l-ebda proposta fl-aħħar tmien snin.

Il-Kap tal-PN sostna li kulħadd għandu dritt li jgwdu dak li hu tiegħu; l-ewwel kritika għal din il-liġi hi li mhux tingħata garanzija lis-sidien li jgwdu l-propjetà tagħha u ġġgħelhom li l-propjetà tagħhom tibqa’ mikrija. Mhux minnu li kull min hu sid ta’ dar hu sinjur u kull min hu inkwilin hu fqir.

Hemm sitwazzjonijiet fejn sidien anzjani li la huma u lanqas uliedhom qatt ma gawdew il-propjetà tagħha. Hemm ukoll numru kbir ta’ sidien li qed jipprovaw jikkwidaw il-propjetà biex jeħilsu lill-familja mill-inkwiet.

Il-Kap Nazzjonalista kompla li din hi problema soċjali ta’ snin ilu minħabba ċirkostanzi storiċi u politiċi u kibret minħabba l-inazzjoni politika f’waqtha għax il-problema kienet kbira wisq biex tissolva. B’mod naturali, l-ammont ta’ nies fil-kirjiet beda jonqos gradwalment. Għalhekk il-problema ċkienet fin-numri iżda kibret fil-valur tal-propjetà.

Bernard Grech sostna li xorta hawn ammont kbir ta’ inkwilini bi problemi li ammont kbir minnhom huma anzjani ta’ ‘il fuq minn 70 sena. Il-proposti tal-gvern ineħħu l-piż tal-valur tal-propjetà minn fuq l-inkwilini u jieħdu l-gvern; dan hu sew għax il-gvern għandu l-obbligu.

Din hi bomba soċjali tal-ħin, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-gvern Laburista jara kollox u biss flus. Il-PN jaġseb li l-flus jistgħu jgħinu biex isolvu l-problemi iżda l-flus m’għandhomx valur intrinsiku; ma jsolvux il-problema.

Il-gvern qed jipproponi liġi li biha biex isolvi din il-problema qed jieħu r-responsabbiltà finanzjarja iżda nesa s-serħan tal-moħħ. B’din il-liġi l-gvern qed jagħti iktar serħan tal-moħħ lill-inkwilin li ma jitkeċċiex minn daru iżda biex isolvi din il-problema l-gvern qed jitfa’ lill-istess inkwilin fil-qorti.

Il-gvern se jkun qed iħallas il-piżijiet skont id-deċiżjoni tal-qorti. Hu tejjab li l-gvern se joffri għajnuna legali lill-inkwilini iżda hawn qed jirrikonoxxi li parti essenzjali tas-soluzzjoni tinsab fil-qorti. Il-PN qed jiprpoponi li qabel imorru l-qorti, ikun hemm il-possibbiltà li l-partijiet jersqu quddiem id-dipartiment biex isolvi l-kwitsjonijiet hemm bil-medjazzjoni.

Il-Kap tal-PN kompla li l-medjazzjoni hi waħda mill-ikbar differenzi bejn il-PN u l-PL għalkemm hemm soluzzjonijiet oħra li l-gvern seta’ jikkunsidra. Fost dawn hemm il-fatt li llum il-problema tal-kirjiet naqset fl-ammont ta’ nies u għalhekk il-proposta ta’ akkomodazzjoni soċjali tista’ tkun soluzzjoni. Dan kemm bil-bini ta’ propetà jew billi l-gvern jixtri jew jikri propjetà mingħand il-privat. Fl-aħħar tmien snin il-gvern ma lesta l-ebda post lest fl-akkomodazzjoni soċjali għaliex kien moħħu fil-korruzzjoni tal-power station u biex jagħmel proġett kapitali li jrendu għall-ħbieb tal-ħbieb.

Bernard Grech qal li l-gvern jista’ joħloq skemi biex anzjani li jixtiequ jmorru f’dar tal-anzjani jkunu jistgħu jibbenefika minn skemi vantaġġjużi biex imorru fejn jixtiequ. Dan jillibera iktar propjetajiet privati. Wara li jitnaqqsu l-ammonti imbagħad il-każi jmorru l-qorti wara l-medjazzjoni.

Il-Kap tal-PN sostna li l-PN hu lest li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-neis billi l-poplu jkollu l-garanzija li jgħix ħajja serena bla ma jkollu bżonn imur il-qorti.