Lokali Parlament

Il-qorti għandha tkun evitata bħala soluzzjoni bejn is-sidien u l-inkwilin

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li l-qorti għndha tkun evitata bħala soluzzjoni għall-problemi li jinqalgħu bejn is-sidien u l-inkwilini.

Fil-parlaemnt Claudette Buttigieg qalet li n-nies li għandhom problemi soċjali jkollhom ukoll id-diffikultà biex isibu akkomodazzjoni; dawn il-problemi m’humiex ikunu indirizzati. Hi sostniet li l-ikbar żball li jista’ jsir hu li jkun hemm l-impressjoni li s-sidien huma sinjuri u l-inkwilini huma kollha fqar.

Dan mhux minnu, sostniet Claudette Buttigieg, li qalet li fost in-nies bi problemi hemm l-anzjani li issa qed jibżgħu li se jkollhom imorru l-qorti.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li jista’ jkun hemm faċilitajiet oħra li jistgħu jkunu offruti biex ma jkunx hemm problemi bejn is-sidien u inkwilini. Hi semmiet każi fejn is-sidien taw diversi għażliet lill-inkwilini u mhux ħadu deċiżjoniiet li joħolqu diffikultajiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li anki n-nies li wirtu l-propjetà għandhom problema kbira. Kienet il-qorti li ħadet deċiżjonijiet b’konsegwenzi u li wasslet biex il-gvern ressaq il-proposti, sostniet Claudette Buttigieg.