Sport Sport Ieħor

Indikazzjoni li l-isport mhux se jkun wieħed mill-miżuri rilassati l-ġimgħa d-dieħla

(Ritratt: SkySports)

Il-Professur Charmaine Gauci indikat li l-isport mhux se jkun wieħed mill-miżuri ikkunsidrati fil-rilaxx tal-miżuri il-ġimgħa d-dieħla. Il-Professur Gauci spjegat li kien diffiċli għall-awtoritajiet tas-saħħa sabiex jagħmlu d-distinzzjoni bejn ‘elite’ sport u bejn sport bħala ‘passatemp’.

Il-professur Gauci qalet ukoll li fl-isport huwa aktar riskjuż li jinfirex il-virus, għalkemm statistika maħruġa mill-istess awtoritajiet tas-saħħa jindikaw li l-firxa tal-virus fl-isport hija waħda minima. Minkejja dan, il-professur Gauci fakkret li inagħtat eżenjoni għat-timjiet nazzjonali u atleti oħra sabiex jitħarrġu għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li kellhom matul dan il-perjodu ta’ projbizzjoni fuq l-isport.