Investigat każ ta’ trombożi f’Malta relatat mal-vaċċin kontra l-COVID-19

L-Erbgħa waranofsinhar, wara li kien mistoqsi minn Net News, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li f’pajjiżna qed ikun investigat każ wieħed ta’ trombożi li huwa relatat mal-vaċċin kontra l-Covid-19. Minkejja dan, il-Ministru ma kkonfermax liema tilqima waslet għal dan.

Il-Ministru kkonferma wkoll li f’pajjiżna hawn 3 każi ta’ COVID-19 li huma tal-varjant Braziljan.

Chris Fearne saħaq ukoll li bħalissa fl-ITU f’pajjiżna qed jingħataw il-kura 2 persuni li jinsabu pożittivi għall-COVID-19.