Futbol Sport

Manchester City tliet rebħiet il-bogħod mit-titlu

(Ritratt: EPA)

Manchester City komplew ikabbru d-distakk fuq Manchester United meta f’Villa Park għelbu lil Aston Villa 2-1. Kienu Aston Villa li fetħu l-iskor wara biss 20 sekonda meta JOHN MCGINN ikkonkluda duq pass ta’ Ollie Watkins. PHIL FODEN ġab l-iskor indaqs fit-22 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Bernardo Silva daħal fil-kaxxa u kkonkluda għal 1-1. Fl-40 minuta, RODRI b’daqqa ta’ ras tajba għamel l-iskor 2-0, biex ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima Man City sfaw jilgħabu bi player anqas meta tkeċċaw John Stones għal karta ħamra diretta. Fit-tieni taqsima, Matty Cash tkeċċa għal Aston Villa wara t-tieni karta safra.

Fit-Tottenham Hotspur Stadium, Tottenham kellhom jitħabtu biex għelbu lil Southamtpon 2-1. Kienu s-Saints li fetħu l-iskor fit-30 minuta meta minn corner ta’ James Ward-Prowse, kien DANNY INGS li kkonkluda bir-ras għal wara Hugo Lloris. Ir-rimonta ta’ Tottenham bdiet mas-siegħa logħob meta GARETH BALE kkonkluda mill-viċin wara li x-xutt ta’ Luca Moura kien imblokkat. Tottenham ħasbu li marru fil-vantaġġ fil-75 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Sergio Reguilon, kien HEUNG-MIN SON li kkonkluda iżda l-gowl tiegħu kien imħassar għall-offside permezz tal-VAR. Tottenham ħasbu li marru fil-vantaġġ żewġ minut wara iżda l-gowl ta’ Lucas Moura kien mħassar għall-offside wkoll. It-tim ta’ Ryan Mason li kien qed jiddebutta bħala coach ta’ Tottenham wara li nhar it-Tlieta tkeċċa Jose Mourinho, aċċerta mit-tliet punti fid-90 minuta meta wara li Djenepo deher jidħol b’mod aggressiv fuq Harry Winks, ir-referee ordna penalty u kien HEUNG-MIN SON li minn ħdax-il metru ma falliex.

PREMIER LEAGUE
Illum: Tottenham v Southampton 2-1, Aston Villa v Man City 1-2 Għada: Leicester v WBA 9.00pm Il-Ġimgħa: Arsenal v Everton 9.00pm