Futbol Sport

Milan megħluba minn Sassuolo u Inter itemmu fi draw għat-tieni partita konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Milan sofrew telfa mhux mistennija meta kienu megħluba 2-1 minn Sassuolo. HAKAN CALHANOGLU fetaħ l-iskor għal Milan wara nofsiegħa logħob meta kkonkluda fuq cross ta’ Saelemaekers. Ir-rimonta ta’ Sassuolo bidet fis-76 minuta meta minn pass ta’ Jermey Toljan, kien GIACOMO RASPADORI li kkonkluda għal 1-1. L-istess RASPADORI skorja t-tieni gowl personali fit-83 minuta biex b’hekk aċċerta minn rebħa għal Sassuolo.

Inter għat-tieni partita konsekuttiva kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Spezia. Kienu Spezia li fetħu l-iskor wara biss 12-il minuta meta DIEGO FARIAS ħasad lil Handanovic b’konklużjoni minn barra l-kaxxa. Inter irrispondew u ġabu l-iskor indaqs meta wara l-ewwel xutt tiegħu kien imblokkat, IVAN PERISIC reġa rebaħ il-ballun u kkonkluda għal 1-1

Juventus wettqu rimonta u għelbu lil Parma 3-1. GASTON BRUGMAN fetaħ l-iskor għal Parma wara 25 minuta bi freekick mill-isbaħ. It-tim ta’ Andrea Pirlo ġab l-iskor indaqs fit-43 minuta meta minn corner ta’ Juan Cuadrado, kien Matthijs de Ligt li niżżel lejn ALEX SANDRO li kkonkluda għal 1-1. Fit-tieni taqsima. Juventus ħarġu fuq l-offensiva u marru fil-vantaġġ fis-47 minuta meta minn cross ta’ Juan Cuadrado kien, ALEX SANDRO li skorja t-tieni gowl tiegħu fil-partita. Juventus aċċertaw mit-tliet punti fit-68 minuta meta minn corner ieħor ta’ Cuadrado, kien MATTHIJS DE LIGT li bir-ras ikkonkluda għal 3-1.

F’partita bejn żewġ timijiet fin-naħa t’isfel tal-klassifika Genoa u Benevento temmew fi draw ta’ 2-2. NICOLAS VIOLA permezz ta’ penalty wara biss ħames minut tefa’ lil Benevento fil-vantaġġ. GORAN PANDEV ġab l-iskor indaqs sitt minuti wara, biex GIANLUCA LAPADULA mal-kwarta logħob għamilhom 2-1 favur Benevento. GORAN PANDEV reġa ġab l-iskor indaqs fil-21 minuta meta kkonkluda fuq pass ta’ Davide Zappacosta.

Cagliari kisbu rebħa importanti fit-tentattiv tagħhom li jsalvaw posthom fis-Serie A meta għelbu lil Udinese 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fil-55 minuta meta Nahuel Molin deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. Minn ħdax-il metru JOAO PEDRO ma żblajax.

It-tamiet ta’ Crotone li jsalvaw posthom mal-kbar fl-istaġun li ġej hekk kif f’darhom kienu megħluba minn Sampdoria 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fit-53 minuta meta minn cross ta’ Manolo Gabbiadini, kien FABIO QUAGLIARELLA li kkonkluda għal 1-0.

Fi Stadio Renato Dell’Ara, Bologna u Torino kisbu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1. MUSA BARROW fetaħ l-iskor għal Bologna fil-25 minuta biex fit-tieni taqsima, fit-58 minuta kien ROLANDO li għamel l-iskor indaqs.

SERIE A
Illum
: Milan v Sassuolo 1-2, Bologna v Torino 1-1, Crotone v Sampdoria 0-1, Genoa v Benevento 2-2, Juventus v Parma 3-1, Spezia v Inter 1-1, Udinese v Cagliari 0-1 Għada: Roma v Atalanta 6.30pm, Napoli v Lazio 8.45pm