Lokali Qorti

Mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ traffikar tad-droga

 Raġel ta’ 38 sena li jgħix il-Marsa, mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu għal ħabta tal-11.30 wara li ġie arrestat wara li nqabad b’ammont ta’ droga, lesta għat-traffikar. 

Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, bl-assistenza tar-Rapid Intervention Unit, arrestat lir-raġel fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa. Waqt tfittxijiet li saru fuqu nstabu madwar 70 qratas droga suspettata kokaina u 8 qratas suspettata droga eroina. 

B’rabta ma’ din is-sejba, inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D, filwaqt li komplew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija. 

Ir-raġel mistenni jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke LL.D b’akkużi relatati ma’ dan il-każ, fost oħrajn.