Lokali Turiżmu

Stennija għall-pjan u l-proposti tal-PN għall-qasam tat-Turiżmu

Minn dak li hu magħruf s’issa l-PN se jkun qed iħħabar pjan għall-irkupru mis-sitwazzjoni diffiċli u straordinarja li sab ruħu fiha s-settur tat-Turiżmu kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Fl-aħħar ġimgħat il-PN kompla jħejji lilu nnifsu billi tkellem ma’ dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tat-Turiżmu f’pajjiżna, kemm dawk involuti direttament fis-settur u kemm impjegati li l-għajxien tagħhom jiddependi direttament jew indirettament minn dan il-qasam.

Kollox qed jindika li dawn il-proposti intlaqgħu diġà minn ħafna b’mod tajjeb. Bil-proposti kollha mistennija li jitħabbru fis-sigħat li ġejjin.