Internazzjonali

Tfittxija għal sottomarin li sparixxa ‘il hinn minn Bali

L-awtoritajiet tal-Indoneżja qed ifittxu għal sottomarin tan-Navy  wara li dan sparixxa, b’ekwipaġġ ta’ 53, ‘il hinn mill-gżira ta’ Bali. Is-sottomarin, dak il-ħin, kien għaddej b’eżerċizzju u naqas milli jirrapporta lura lill-uffiċjali tal-qawwiet tal-baħar Indoneżjani.

Fl-aħħar sigħat, intbagħtu diversi vapuri tal-gwerra biex ifittxu għas-sottomarin tat-tip KRI Nanggala-402 ( ta’ manifattura Ġermaniża) u fost rapporti li l-Indoneżja anki talbet anki l-għajnuna tal-Awstralja u Singapore fit-tfittxija. Iż- żewġ pajjiżi nkwistjoni baqgħu ma kummentawx dwar is-sitwazzjoni.

Iz-zona ta’ baħar fejn jaħsbu li għab is-sottomarin hi fonda ħafna u xi rapporti qalu li l-kuntatt mas-sottomarin intilef wara li l-ekwipaġġ tiegħu segwa direttiva biex ‘jinżel kemm jista’ ikun fil-fond’.